top of page
Search

Il-Gvern irid jgħaddi l-emenda ta l-abort qabel is-sajf mingħajr konsultazzjoni



Il-Kap tal-Partit ABBA Ivan Grech Mintoff fi stqarrija qal illi hija gidba oħra mill Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru Fearne meta jgħidu li ikkonsultaw ma kulħadd fuq l-abort.


Partit Abba kien laqa' stedina li kien għamel il-Prim Ministru iżda il-Partit Abba u Prolife movements oħra qatt ma ġew ikkonsultati.


Partit Abba, Ivan Grech Mintoff u 'Abortion in Malta not in my name' li jirrapreżenta 38,000 membru pprovaw jgħamlu bosta tentattivi sabiex issir din il-laqgħa saħansitra anki b'kuntatt dirett mal Prim Ministru nnifsu, iżda dejjem ġew injorati.


Mintoff jgħid ukoll li ma tistax tkun Laburist u tħalli l-abort jidħol f'Malta u jekk dan jiġri jkun qed jurina biċ ċar li dan il-Gvern jirrapreżenta interessi oħra u mhux lil poplu. Mintoff itenni jgħid li dan se jkun sinjal sabiex il Maltin flimkien iqumu u jneħħihom mill poter.


Ftit tentattivi minn bosta li Mintoff, Partit Abba u Prolife movements Provaw jgħamlu.




Press release - Stqarrija 12 ta'Mejju 2023


Qatt ma ġejna kkonsultati dwar l-abort minkejja l-istedina li kienu għamlulna. - Partit ABBA


”Hija gidba oħra, f’sensiela sħiħa ta’ gideb, li l-Prim Ministru Robert Abela u l-ministru Fearne qedin jippromwovu, biex jiġġustifikaw il-kilba tagħhom sabiex jimponu l-abort fuqna l-Maltin, mingħajr ebda mandat u kontra r-rieda tan-nazzjon.


Qatt ma ġejna kkonsultati dwar l-abort minkejja l-istedina li kienu għamlulna.


F'Malta kulħadd jaf li l-partit ABBA kif ukoll il-grupp “Abortion in Malta? Not in my Name!” laqgħu l-istedina li għamlilna il-Prim Ministru stess biex niltaqgħu u niddiskutu miegħu t-tħassib u l-proposti ta' 38 elf membru tagħna, fuq dan l-att. Il-Maltin ma jriduhx kif inhu mahsub.


Minkejja li ppruvajna diversi drabi biex nikkuntattjaw lill-Prim Ministru b’mod dirett, huwa rrifjuta apposta li jwieġeb, aħseb u ara kemm iltaqa’ magħna.

llum qed nuru evidenza ta’ tliet attentati biss minn dawn it-tentattivi:


- Telefonata lill-uffiċċju ta l-ufficju tal-Prim Ministru,

- Telefonata lill-wieħed minn nies qrib tal-Prim Ministru u

- Telefonata lill-Prim Ministru nnifsu fuq il-mobile tiegħu stess.


Ħadd ma rritorna t-telefonati tagħna aħseb u ara kemm ltaqa' magħna!


Il-partit ABBA ghalhekk qed jagħti parir lill-ministru Fearne biex jieqaf jigdeb lin-nies b’mod daqshekk sfaċċat u jwissieħ ukoll li l-poplu issa verament xebgħa minn dan l-abbuż kollu ta’ poter u gideb.


Jekk il-gvern ser jibqa' jinsisti u jimponi dan l-abort illegalment fuqna, allura huwa inevitabbli li l-partit Laburista nnifsu ser ibati ħsara irreparabbli. Għax ma tistax tkun laburist u tħalli l-abort jidħol f’Malta.


Agħar minn hekk, jekk ir-rappreżentanti tagħna jivvutaw kontra r-rieda tal-poplu u jħallu din il-liġi tgħaddi, ser ikun sinjal ċar li dan il-gvern jirrappreżenta interessi oħra għajr tal-poplu Malti. Ikun is-sinjal ċar, biex il-Maltin fl-aħħar iqumu flimkien u jingħaqdu kontrihom, sakemm ineħħihom mill-poter malajr kemm jista jkun darba ghal dejjem."


Ivan Grech Mintoff

Kap tal-Partit Abba



---------------------------------------------------------------------------------------


Fid 8 ta' Dicembru 2022 Partit Abba jilqa l-istedina imma sal-gurnata tal llum il-Prim Ministru jibqa jinjora u ma jiltaqax ma Partit Abba u Prolife movements ohrajn filwaqt li jibqa jghid illi ikkonsulta ma kulhadd.



7 views0 comments
bottom of page